Wednesday, July 24, 2024

AĠĠORNAT: 14-il każ ġdid ta’ COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa… Rekord ta’ swab tests

Aqra wkoll

Aġġornat:

Ftit tal-minuti ilu, il-paġna ‘Saħħa’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, ikkonfermat l-aħbar ta’ inewsmalta.com. Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 14-il każ il-ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Ikkonfermat ukoll in-numru ta’ swab tests li saru mill-awtorijiet tas-saħħa matul il-ġurnata tal-bieraħ, b’total ta’ 1,727 test.

Il-paġna ħabbret ukoll li bħalissa f’pajjiżna hawn 90 każ attiv ta’ COVID-19, hekk kif fl-aħħar 24 sieħa rrkupraw żewġ persuni oħra.

Aktar qabel:

Skont informazzjoni li għandu s-sit Inewsmalta.com, jidher li n-numru ta’ każi pożittivi fl-aħħar 24 siegħa se jkun  qiegħed jaqbeż l-10 każi.

Dan ifisser ukoll, li l-R Factor se jkun qiegħed jiżdied hekk kif fl-aħħar ġimgħa r-riżultaw fil-pożittiv aktar minn 50 persuna. Minkejja dawn l-aħbarijiet, jidher li aktar persuni se jkunu ddikjarati uffiċjalment imfejqa mill-imxija COVID-19. 

Inewsmalta.com huwa infurmat ukoll li fl-aħħar 24 siegħa sara madwar 1,700 swab tests. Sal-lum il-ġurnata, dan in-numru huwa rekord ta swab tests.

Ekonomija

Sport