Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: “Daqshekk rajnik ir-remissa ĊeĊe … Min kellu jgħid li kellek tmut bħal balla tiben”

Identifikat il-vittma tal-inċident fil-Marsa

Aqra wkoll

Pawlu ċ-Ċeċe huwa l-vittma tal-inċident tat-traffiku li seħħ s-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-7:00 p.m fil-limiti tal-Marsa Ħamrun Bypass fil-Marsa. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu fakkruh bħala raġel li se jinħass ferm in-nuqqas tiegħu speċjalment fost id-dilettanti taż-żwiemel.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-anzjan ta’ 79 sena mill-Marsa ttajjar minn vettura tal-għamla KIA Sorrento misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku biex jassistih, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Kellhom jissejħu wkoll numru ta’ uffiċjali biex jidderiġu t-traffiku minħabba konġestjoni kbira ta’ traffiku li segwiet l-inċident.

B’rabta ma’ dan l-ewwel inċident tat-traffiku fatali għal din is-sena nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport