Tuesday, April 30, 2024

Chelsea jisirqu t-trasferiment ta’ Mykhailo Mudryk mingħand Arsenal

Aqra wkoll

Chelsea “serqu” t-trasferiment tal-attakkant internazzjonali Ukren ta’ Shakhtar Donetsk, Mykhailo Mudryk, hekk kif kollox kien qed jindika li kien ser jingħaqad ma’ Arsenal. 

Iżda filwaqt iż-żewġ offerti tal-Gunners ġew rifjutati mill-club Ukren, id-diriġenti ta’ Chelsea marru lejn il-Polonja fejn kellhom taħditiet ma’ dawk ta’ Shakhtar fejn intlaħaq ftehim għal €100 miljun.  

Għaldaqstant fis-sigħat li ġejjin Mudryk mistenni jmur Londra biex jagħmel it-test mediku qabel ma jiffirma l-kuntratt ta’ seba’ snin.  

Sport