Friday, April 26, 2024

Il-president tal-FA Franċiża akkużat b’avvanz sesswali

Aqra wkoll

Il-president tal-FA Franċiż, Noel Le Graet, jista’ jiffaċċja proċeduri kriminali wara li ġie akkużat ta’ “avvanz sesswali”

Ir-rapport ġie sottomess lill-prosekutur pubbliku ta’ Pariġi wara xhieda ta’ Sonia Souid, aġenta għal diversi  players internazzjonali Franċiżi, waqt verifika tal-Federazzjoni Franċiża tal-Futbol (FFF).

Il-Ministru tal-Isport Amelie Oudea-Castera qalet li kienet infurmata mill-kap tal-korp tal-awditjar li sar rapport skont il-kodiċi kriminali.

Le Graet, 81, kien sfurzat iwarrab il-ġimgħa li għaddiet sakemm titlesta l-verifika.

Iżda huwa sostna li din kienet kampanja kontrih mill-media 

“Għadni kemm qrajt bi stagħġib artiklu fil-media soċjali li jirrapporta tnixxijiet fir-rapport tal-awditjar proviżorju li qed jitħejja,” qal fi stqarrija.

“F’dan l-istadju la naf il-fatti li jien akkużat bihom u lanqas in-nies li hemm warajhom.

“B’mod aktar ġenerali, jien sorpriż li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata minkejja li r-rapport interim għadu ma ntbagħatx lili u ma stajtx nissottometti l-osservazzjonijiet tiegħi.”

Waqt intervisti ma’ bosta ġurnali, Souid akkużat lil Le Graet b’avvanzi sesswali mhux mixtieqa, u sostniet li “l-unika ħaġa li interessat lilu kienu sidri u l-warrani tiegħi.

Fil-liġi Franċiża, “avvanz sessist” jirreferi għal dikjarazzjoni jew imġieba b’konnotazzjoni sesswali jew sessista li ddgħajjef id-dinjità ta’ persuna jew tesponiha għal sitwazzjoni ta’ umiljazzjonio.

Ir-reat jista’ jiġi kkastigat b’multa sa €750.

Le Graet, li ilu fit-tmexxija tal-FA Franċiża mill-2011u b’mandat li kellu jibqa’ għaddej sal-2024,  iffaċċja sejħiet biex jirriżenja wara li ammetta “rimarki kemmxejn goffi” dwar l-interess potenzjali ta’ Zinedine Zidane li jikkowċja lit-team nazzjonali Franċiż.

Hu kien qal li “lanqas biss jirrispondi t-telefonata tiegħu” meta mistoqsi jekk Zidane, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja bħala player u leġġenda ta’ Franza ta’ kull żmien, kien ċempillu biex jesprimi interess li jingħata l-kariga ta’ coach nazzjonali mingħand Didier Deschamps.

Deschamps, li mexxa lil Franza għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 2018 u wassalhom sal-finali fl-edizzjoni li ntlagħbet ix-xahar li għadda meta tilfu kontra l-Arġentina bl-għoti tal-penalties, iffirma kuntratt ġdid sal-2026.

Sport