Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Ħabs għaż-żewġ immigranti li serqu dgħajsa biex jaħarbu minn Malta lejn l-Italja

Aqra wkoll

Żewġ immigranti ngħataw sentenza ta’ priġunerija effettiva wara li ammettew li serqu dħajsa ta’ 12-il pied u ppruvaw jaħarbu minn Malta biha.

Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ kif Ishaq Adam ta’ 18-il sena u Adam Ibrahem Hassan ta’ 23 sena, it-tnejn li huma mis-Sudan, ammettaw għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom.

L-Ispettur Lara Butters qalet li l-Pulizija lbieraħ ġew informati mill-Forzi Armati ta’ Malta li kienu raw dgħajsa madwar tmien mili ’l barra mill-Port Ħieles. Id-dgħajsa kienet ġiet rapportata misruqa minn Birżebbuġa aktar kmieni matul il-jum tal-bieraħ.

Qalet li l-irġiel ammettew waqt l-interrogazzjoni li kienu serqu d-dgħajsa biex jaħarbu minn Malta u jmorru l-Italja madankollu spiċċaw bejn sema u ilma wara li nħela l-fjuwil.

L-Ispettur żiedet tgħid li l-immigranti kienu waħedhom fuq id-dgħajsa u li din ittieħdet lura lis-sid.

Il-Maġistrat Farrugia ta sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija lil Hassan, filwaqt li Adam intbagħat 20 xahar ħabs.

Ekonomija

Sport