AĠĠORNAT … Ħaddiem jitlef ħajtu wara li għeleb ammont ta’ madum fuqu

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 40 sena residenti Birżebbuġa, tilef ħajtu meta għeleb ammont ta’ madum fuqu waqt li kien qiegħed jaħdem f’maħżen.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m., fi Triq il-Wied, Ħal Qormi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport