Il-Farsons Beer Festival jirritorna l-ġimgħa d-dieħla għall-44 edizzjoni

Aqra wkoll

Il-Farsons Beer Festival jirritorna fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali l-ġimgħa d-dieħla għall-44 edizzjoni, mill-Ħamis 23 ta’ Lulju sas-Sibt 1 Awwissu.

Dan il-Festival ta’ 10 ijiem sar wieħed mill-avvenimenti ewlenin u l-aktar mistennija fil-kalendarju tas-sajf Malti. Kull sena jiġbed eluf ta’ Maltin u turisti biex igawdu mal-ħbieb u l-familja għażla unika ta’ birra u mużika live mill-aqwa.

Dawk li se jattendu l-Festival hemm tistenniehom għażla estensiva ta’ birer prodotti bi kburija f’Malta u firxa ta’ marki internazzjonali premium importati. Se jkun hemm aktar minn 40 birra lokali u importata, inklużi ciders, birer artiġjanali u għażliet ta’ birer bla glutina.

Dis-sena l-Festival qed jerġa’ joffri menù kbir ta’ xorb, biż-żieda ta’ Aperol Spritz, Kinnie Spritz, Kinnie Rumba, Jägermeister u Jameson Whiskey.

Karl Bondin, il-Head of Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qal: “Nistednukom tiġu tgawdu l-atmosfera vibranti tal-Festival u l-għażla eċċezzjonali tal-birer. Għandna għażla għal kulħadd. Hemm aktar minn 40 birra rebbieħa f’konkorsi diversi, kemm lokali u kemm importati.”

Qal ukoll li: “Fil-Festival ta’ din is-sena hemm żewġ palkijiet ewlenin tal-mużika u tribute bands internazzjonali, żona għaż-żfin, u chillout zone aktar kwieta biex noffru varjetà ta’ divertiment li tassew tolqot il-gosti ta’ kulħadd.”

Fuq il-Main Stage se jkollna wħud mill-aktar artisti u gruppi popolari f’Malta, fosthom Tribali, Lapes u Nadine, Glen and Amber, Ivan Grech & Band u The Travellers. Din is-sena se jkollna wkoll tliet tribute bands internazzjonali: Beatlemania, Spirit of Smokie u Supersonic Queen.

Fuq Ir-Rock Stage se jkun hemm għażla b’saħħitha ta’ gruppi stabbiliti, bħal RUG, Fakawi, BNI, ClubMurder, Dripht u ħafna oħrajn, kif ukoll diversi ismijiet ġodda fix-xena Maltija tar-Rock.

Fil-Casa Electronica, post iddedikat għaż-żfin, se jkun hemm uħud mill-aqwa DJs lokali, fosthom J Joy, Tenishia, Ruby, Miggy u oħrajn.

Fil-Craft Beer Area, il-parti chillout tal-Festival, se jkun hemm għażla wiesgħa ta’ birer minn birreriji artiġjanali differenti, bħal Red Mill Brewing Co, Birra Baladin, Bellfield Brewery, St Austell Brewery, The Huskie Craft Beer Company, Lord Chambray Brewery u TOBCo. Hawn se jkun hawn atmosfera aktar rilassanti b’daqq minn gruppi u artisti lokali u internazzjonali, bħal Filipino Fiesta by Moonlit, Vai Brasil! by Grupo Jogando Samba, Motown Special by Sean Kamati, u ħafna oħrajn.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport