Wednesday, October 9, 2024

AĠĠORNAT: Identifikat iż-żagħżugħ li miet f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ Żabbari li sfortunatament tilef ħajtu fl-inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni fiż-Żejtun ġie identifikat bħala Gildave Spiteri.

Spiteri ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara l-wasla tiegħu fl-Isptar Mater Dei wara operazzjoni ta’ salvataġġ mill-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġuh mill-karozza li nqabad fiha wara l-ħabta.

Aktar kmieni: Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili intervjenew biex jassistu raġel maqbud f’karozza wara inċident li seħħ għall-ħabta tat-7:45 a.m fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar kien qiegħed isuq karozza tal-għamla peugeot 206 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’parapett ta’ residenza fl-imsemmija triq.

Fil-post issejħu uffiċjali minn Transport Malta, Pulizija u tim mediku li f’ħidma konġunta taw assistenza immedjata lir-raġel. Kif inħareġ huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li kienet fuq il-post. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Dr Anthony Agius Bonniċi li ħatar inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport