Wednesday, October 9, 2024

Michele Marcolini jitkeċċa minn coach nazzjonali

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association ħabbret li l-coach tat-team nazzjonali, it-Taljan Michele Marcolini, tneħħa minn din ir-res­ponsabbiltá b’mod immedjat. 

Id-deċiżjoni ttieħdet wara l-wirjiet riċenti tat-team naz­zjonali fil-UEFA Nations League hekk kif tlifna kontra l-Moldova (2-0) u rbaħna kontra Andorra (1-0), biż-żewġ partiti jintlagħbu barra minn darna. 

Il-kuntratt ta’ Marcolini kellu jintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ din is-sena.

L-assistant coach, Coach Davide Mandelli, ukoll tneħħa  minn dmirijietu.

L-Assoċjazzjoni rringrazzjat liż-żewġ coaches għall-kontribut professjonali matul il-mandat tagħhom. 

Il-Malta FA għandha toħroġ komunikat għall-post vakanti wara l-laqgħa li jmiss tal-Bord Eżekuttiv.

Taħt Marcolini, it-team Malti lagħab 16-il partita … kontra 12-il team … b’rekord ta’ tliet rebħiet, żewġ draws u 11-il telfa. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport