Monday, September 23, 2024

Momentum ta’ tkabbir b’saħħtu … Rating ieħor ta’ A+ għal Malta

Aqra wkoll

Skont l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch Ratings Pajjiżna għandu jistenna t-tkabbir tal-PDG f’medja ta’ 5.7% din is-sena, ferm ogħla mill-medja tal-kategorija ‘A’ u t-tbassir tat-tkabbir taż-żona ewro ta’ 2.0% u 0.8%, rispettivament.

Skont l-istess rapport, l-aktar setturi li kkontribwixxew għal dan it-tkabbir kienu s-settur tas-servizzi, is-settur finanzjarju u t-turiżmu, fejn il-wasliet fl-ewwel nofs tal-2024 qabżu l-livelli ta’ qabel il-pandemija b’32 fil-mija.

Stimi tat-tkabbir potenzjali mill-FMI u l-Kummissjoni Ewropea huma ta’ 4%-5% għal din is-sena u s-sena d-dieħla, ferm ogħla minn dawk tal-pajjiżi ġirien, u appoġġjati minn tkabbir dinamiku fil-popolazzjoni.

L-esperti ta’ Fitch qed ibassru li d-defiċit ta’ din is-sena jkun ta’ 4.0% tal-PDG, u mbagħad jonqos għal 3.5% sal-2025 u għal 3.0% sal-2026. reċentement.

Is-suq tax-xogħol Malti baqa’ b’saħħtu fejn ir-rata tal-qgħad kienet tlaħħaq il-medja ta’ 3.2% ekwivalenti għal rata ferm inqas mit-tbassir għaż-żona ewro ta’ 6.5% u r-rata ta’ qabel il-pandemija li kienet dik ta’ 4.1% fl-2019.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela qal “Klassifikazzjoni oħra A+ għal Malta minn Fitch fuq il-bażi tal-“momentum ekonomiku qawwi” tagħna, bi tkabbir proġettat li jkun seba’ darbiet aktar mill-medja taż-żona ewro. Dan jippermettilna nnaqqsu t-taxxi u nżommu s-sussidji tal-enerġija filwaqt li xorta nnaqqsu d-deficit”.

Sport