“Ir-razziżmu ma jibdiex fit-toroq jew fuq tal-linja, iżda ħafna drabi jibda fid-djar” – Rosianne Cutajar

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar irreaġixxiet għall-filmat irrappurtat minn MaltaToday, li fih tifel jidher jinsulenta raġel barrani u juża kliem razzist fuq karozza tal-linja mimlija passiġġieri.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru saħqet li kull persuna jistħoqqilha d-dinjità u r-rispett, irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, in-nazzjonalità jew l-oriġini tagħha.

Cutajar enfasizzat li l-edukazzjoni kontra r-razziżmu għandha tibda mid-dar, filwaqt li fakkret li l-kliem ta’ mibegħda, inkluż dak razzjali, huwa reat kriminali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport