Illum, it-Tlieta 17 ta’ Novembru 2026, il-Prim Ministru Robert Abela għalaq 2,500 jum fil-kariga, biex b’hekk sar it-tieni l-aktar Prim Ministru Laburista li dam imexxi l-pajjiż, wara Dom Mintoff u qabel Joseph Muscat.
Abela ħa l-ġurament għall-ewwel darba bħala Prim Ministru fit-13 ta’ Jannar 2020, filwaqt li reġa’ ħa l-ġurament wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-2022 u tal-2026.
Matul kważi seba’ snin fit-tmexxija, il-Gvern tiegħu kellu jaffaċċja diversi sfidi internazzjonali, fosthom il-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra fl-Ukrajna u l-kunflitti fil-Lvant Nofsani.
Fl-istorja tal-Partit Laburista kien hemm sitt Prim Ministri.
