Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Hockey: Qormi Daikin iżommu l-konsistenza

Hockey: Qormi Daikin iżommu l-konsistenza

0
39

Qormi Daikin baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun hekk kif kisbu rebħa ta’ 6-2 kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

It-tim immexxi minn Andre Ghio ħa vantaġġ minn xi żbalji difensivi sabiex ikkastiga lill-avversarji tagħhom li minkejja kollox ippruvaw jagħtu wirja qalbiena.

Il-captain ta’ Qormi Steve Tanti u Luke Bajada skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Kyle Micallef u Tommy Kok żiedu aktar gowls għal Qormi.

Christ Agius skorja doppjetta għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

Umpires kienu James Mizzi u Karl Chircop.

F’logħba oħra mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Floriana Young Stars 7-0.

Kif jindika l-iskor, il-Qriema kellhom wirja kollettiva li wasslithom biex jiskorjaw f’mumenti importanti tal-partita.

Dion Fenech, Saviour Cassar u Giorgio Muscat skorjaw doppjetta kull wieħed għat-tim bl-isfar u l-iswed sabiex Claude Vergnaud żied ieħor għat-tim tiegħu.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Floriana Young Stars A għelbu lil Floriana Young Stars B 11-1.

Gabriel Cordina kien ta’ ispirazzjoni għat-tim A meta skorja sitt gowls b’Matteo Vella li kien awtur ta’ erba’ gowls. Levi Borg Borda żied ieħor għat-tim tiegħu.

It-tim B skorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Andrew Spiteri.

Umpires kien Kyron Carabott u Alessandro Piscopo.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here