Għaxaq Golden Jubilee kisbu post fil-finali tat-Tazza tal-Anġlu, il-kompetizzjoni Knockout 3×3 tal-boċċi, wara rebħa konvinċenti ta’ 21-7 barra minn darhom kontra Msida, quddiem pubbliku numeruż.
Fil-finali se jiltaqgħu ma’ Żejtun Sandro ta’ Ċanċu, li għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb Żejtuni waslu sa dan l-istadju tal-kompetizzjoni.
L-Għaxqin, li kien rebħu wkoll l-ewwel leg 21-6, għamlu l-intenzjonijiet ċari sa mill-bidu u bdew iżidu l-vantaġġ sabiex eventwalment kisbu post fl-iktar logħba prestiġġjuża tal-istaġun.
Il-finali se tintlagħab nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2026, fil-pitch ta’ St Peter’s, Ħaż-Żabbar, u se tagħlaq uffiċjalment l-istaġun tal-boċċi 2026.




