Il-Prim Ministru Ingliż, Andy Butnham mistenni jargumenta li r-Renju Unit tilef aktar milli kiseb mill-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Dan se jirriżulta minn diskors li se jagħmel qabel summit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea (UE) aktar tard din il-ġimgħa.
Waqt li kien qed jitkellem fl-Ikla tas-Sindku ta’ Londra (Lord Mayor) l-bieraħ, Andy Burnham qabbel il-ftehim tal-Brexit tar-Renju Unit mal-istorja ta’ ilbies ġdid tal-imperatur fejn qal li Brexit “iebes” bla ma kien bżonn ħoloq ostakli għan-negozji, u ma żammx il-wegħda li jerġa’ jinkiseb il-kontroll.
Burnham mistenni jiffirma ftehimiet ġodda mal-blokk Ewropew dwar l-ikel, l-enerġija u l-mobbiltà taż-żgħażagħ fis-summit ta nhar il-Ġmgħa. Dak li jinkorporaw dawn il-ftehimiet kien ġie stabbilit mill-predeċessur tiegħu, l-eks prim ministru Sir Keir Starmer.
Il-Konservattivi qed jargumentaw li l-Partit Laburista fil-gvern qed “jerġa jdaħħal lir-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea minn wara l-bieb permezz ta’ dan l-hekk imsejjaħ ‘reset’ fir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea”.
Waqt li stqarr li Brexit ma ħadimx u l-Gran Brittanja tilfet aktar milli kisbet, il-Prim Ministru Burnham jisħaq li jrid jerġa’ jistabbilixxi r-relazzjoni tal-Gran Brittanja mal-Unjoni Ewrolpea u l-argument ewlieni tiegħu mhuwiex li l-Brexit kien żball, iżda li l-mod kif seħħ ma kienx korrett.
Qabel is-summit bejn ir-Renju Unit u l-UE li se jsir nhar il-Ġmgħa, Burnham se jressaq tliet kriterji li kull ftehim irid jissodisfa.
L-ewwel nett, dan irid ikun konsistenti mal-wegħda fil-manifest tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tal-2024, li tgħid li “mhux se jkun hemm ritorn għas-suq uniku, l-unjoni doganali, jew il-libertà tal-moviment”.
Huwa se jgħid ukoll li kwalunkwe ftehim irid jgħaddi mit-“test ta’ Makerfield” — jiġifieri jwassal għal titjib tanġibbli fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies — u jipprovdi arranġament li jtejjeb il-ftehim oriġinali tal-Brexit u jkun eqreb lejn dak li n-nies ħasbu li kienu qed jivvutaw għalih fl-2016.
Burnham se jgħid li l-possibbiltà ta’ ftehim ġdid hija sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ, u li dan jirrifletti “approċċ ġdid”.
Madankollu, il-Prim Ministru eskluda bidliet kbar fir-relazzjoni tar-Renju Unit mal-UE qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss, għalkemm għamilha ċara wkoll li jixtieq jeżamina l-“vantaġġi u l-iżvantaġġi” tal-għażliet disponibbli għar-relazzjoni fit-tul tal-Gran Brittanja ma’ mal-blokk tal-Unjoni Ewropea.




