Friday, December 27, 2024

AĠĠORNAT: Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Professur Albert Fenech

Aqra wkoll

Il-Kardjologu rinomat miet fl-etá Albert Fenech

Aġġornat:

Il-Partit Laburista fi stqarrija sellem il-memorja tal-Professur Albert Fenech li jibqa’ magħruf għall-impenn li kellu lejn il-pazjenti tiegħu fuq quddiem nett.

Il-Partit Laburista qal li “il-ħila tiegħu fis-settur mediku kienet rikonoxxuta minn bosta għal snin twal, filwaqt li riċentament kien impenja ruħu fil-ħajja pubblika bil-għan li jikkontribwixxi iktar lejn pajjiżu.”

Aktar qabel:

Tħabbret il-mewt tal-Professur u l-Kardjologu rinomat Albert Fenech fl-età ta’ 70 sena. Fenech nstab mejjet fid-dar tiegħu fis-Siġġiewi u hu mifhum li miet kawża naturali.

Apparti karriera eċċellenti fil-professjoni medika, Fenech serva wkoll bħala Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2016. 

Il-Professur Fenech kellu esperjenza vasta wkoll barra minn pajjiżna u flimkien mal-kardjologu Alex Manche kien il-fundatur tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija f’Malta.

Ekonomija

Sport