Saturday, May 4, 2024

Mbappe l-aqwa fil-Globe Soccer Awards

Aqra wkoll

L-attakkant Franċiż, Kylian Mbappe, rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena tal-Irġiel fil-Globe Soccer Awards 2021 f’ċerimonja li ġiet organizzata nhar it-Tnejn li għadda f’Dubai mill-European Club Association u mill-European Association of Player’s Agents, li fiha ġew ċeleb­rati l-akkwisti tal-players, clubs, coaches u aġenti għax-xogħol tagħ­hom matul is-sena.

L-istilla ta’ Paris St-Germain, li għandu 23 sena kiseb il-premju f’ċerimonja li saret fil-Lukanda Ar­mani.

Huwa għeleb lir-rebbieħ sitt darbiet Cristiano Ronaldo, Lionel Messi, Mohamed Salah, Karim Benzema, u Robert Lewandowski għal dan il-premju.

Ir-rebbieħa kollha tal-Globe Soccer Awards 2021 huma: 

Player tas-Sena tal-Partitarji – Robert Lewandowski

Player tas-Sena Maskili – Kylian Mbappe

Premju Maradona – Robert Lewandowski

L-Aqwa Skorer ta’ kull Żmien – Cristiano Ronaldo

Team Nazzjonali tas-Sena – Italja

L-Aqwa Aġent tas-Sena – Federico Pastorello

L-Aqwa Direttur Sportiv tas-Sena – Txiki Begiristain

L-Aqwa Club tas-Sena – Chelsea

L-Aqwa Difensur tas-Sena – Leonardo Bonucci

L-Aqwa Goalkeeper tas-Sena – Gianluigi Donnarumma

L-Aqwa Club tas-Sena tan-Nisa – Barcelona

L-Aqwa Player tas-Sena tan-Nisa – Alexia Putellas

Unur Innovattiv – Serie A

L-Aqwa Player tas-Sena tal-eSport – Msdossary7

L-Aqwa Akkademja taż-Żgħa­żagħ fl-Afrika – ZED FC

Sport