Wednesday, April 24, 2024

Il-bulettini tal-aħbarijiet l-aktar segwiti fuq l-istazzjonijiet lokali

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-drama aktar segwita minn nisa milli mill-irġiel

L-Awtorità tax-Xandir ħabbret ir-riżultati ta’ stħarriġ dwar l-udenzi għax-xahar ta’ Novembru 2021. B’kollox saru 2,100 intervista f’dan l-istħarriġ u l-etajiet ta’ dawk intervistati kienu minn 12-il sena ‘l fuq.

L-istħarriġ sab li 91% tar-residenti Maltin jaraw it-televiżjoni. Minn dawn 53% jaraw stazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin u anke barranin, 25% jaraw stazzjonijiet lokali biss u 13% jaraw stazzjonijiet barranin biss.

Min-naħa l-oħra, jirriżulta li wieħed minn kull żewġ residenti Maltin jisimgħu r-radju (54%). L-istudju sab ukoll li 15% tar-residenti Maltin jaraw programmi Maltin online, l-aktar dawk li għandhom bejn it-12 u t-30 sena. 

Il-bulettin tal-aħbarijiet huwa l-aktar favorit minn fost il-programmi televiżivi lokali, b’70.6% tat-telespettaturi jindikaw dan bħala wieħed mill-ġeneri favoriti tagħhom.

Id-drama huwa t-tieni l-aktar ġeneru favorit u huwa l-aktar popolari fost it-telespettaturi nisa (60%) għall-kuntrarju tal-irġiel (28%). Programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti huma t-tielet l-aktar ġeneru favorit.

Mill-istudju ħareġ ukoll li TVM huwa l-aktar stazzjon segwit, fit-tieni post hemm stazzjonijiet barranin filwaqt li ONE u NET TV huma t-tielet u r-raba’ l-aktar stazzjonijiet segwiti rispettivament.

1 kumment

  1. Prova oħra tal-falliment tal-Partit Negattiv (PM). Wara l-kritika ħarxa mill-Partit Negattiv (PN) kif ukoll minn dawk li jagħtu sapport lil istess partit inkluż il-medja indipendenti ta’ kull tip u għamla.
    Il-Partit Negattiv (PN) u l-mezzi tax-xandir tiegħu qed ifallu milli ta’ lanqas jilħqu udjenzi daqs dawk il-mezzi tal-Partit Laburista.

Comments are closed.

Sport