AĠĠORNAT … il-persuni mietu b’avvelenament bil-monossidu tal-karbonju b’mod aċċidentali

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ żewġ persuni bla ħajja f’karozza li kienet ipparkjajta f’garaxx, fi Triq Salvu Buħagiar, Wied il-Għajn.

Kienu għall-ħabta tad-9:00 p.m., xħin il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u malli waslu fuq il-post innutaw raġel u mara mitlufin minn sensihom fil-vettura. Għaldaqstant, issejjaħ tim mediku, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.

Sfortunatament, iż-żewġ persuni, identifikati bħala raġel ta’ 47 sena residenti Żabbar u mara ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar, kienu ċċertifikati mejta. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D, li ħatret diversi esperti sabiex
jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Dalgħodu saret l-awtopsja fuq iż-żewġ kadavri fejn irriżulta li l-persuni mietu b’avvelenament bil-monossidu tal-karbonju b’mod aċċidentali. L-inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport