“Insellem il-memorja ta’ Ryan Spiteri. Ryan ma kienx biss DJ li permezz tal-mużika tiegħu ġab ferħ lil ħafna nies, iżda kien ukoll persuna li kelli ċ-ċans nitkellem miegħu f’diversi okkażjonijiet, flimkien ma’ Giorgia u Lydia. Fih stajt nara persuna mimlija umiltà u enerġija”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn żied jgħid; “F’dan il-mument ta’ niket, ħsibijieti huma mal-familja tiegħu, mal-qraba, mal-ħbieb u ma’ dawk kollha li kienu jafuh u ħabbewh”
Abela qal ukoll; ” Din it-traġedja għandha tfakkarna wkoll fir-responsabbiltà li lkoll għandna fl-użu ta’ kliemna b’mod speċjali fuq il-midja soċjali. Qabel kull tip ta’ spekulazzjoni, irridu naħsbu fl-impatt li kliemna jista’ jkollu fuq il-familji li jkunu għaddejjin mill-aktar mumenti diffiċli”
Tenna jgħid li f’mumenti bħal dawn, il-verità, ir-rispett u s-sens ta’ umanità għandhom dejjem jiġu qabel kull ħaġa oħra.
