L-FSWS sellmet il-memorja ta’ Jessica Camilleri, ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-istess Fondazzjoni.
L-FSWS iddikjarast dan permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn ġie rrimarkat li Jessica kienet kollega stmata, persuna ġentili u dedikata, li permezz tal-ħidma tagħha kienet ta’ sostenn għal tant persuni vulnerabbli.
Ingħad li bla dubju ta’ xejn it-telfa tagħha se tħalli vojt kbir fil-qlub tal-familja tagħha, ta’ dawk kollha li kienu jafuha u tal-kollegi tagħha fl-FSWS. L-FSWS żiedet tgħid; “F’dan il-mument ta’ niket profond, ħsibijietna u talbna huma mal-għeżież tagħha; uliedha, ommha w missierha, ħutha u l-qraba w il-ħbieb tagħha kollha”
Huma tennew billi appellaw lil pubbliku sabiex jirrispetta l-privatezza ta’ din il-familja f’ dan il-mument hekk diffiċli u ta’ tant dieqa.
