Wednesday, July 24, 2024

AĠĠORNAT: Il-Qorti tgħid li se tisma’ s-sottomissjonijiet tad-Difiża fil-25 ta’ Ġunju

Aqra wkoll

12:55 p.m– Wara Cremona, xehed Michael Mifsud, li jaħdem bħala wditur f’isem Gateway Solutions Limited. Mifsud kkonferma li l-istess kumpanija ingħata self ta’ €5 Miljun li sa 2022 kien fadal il-bilanċ ta’ €690,325.

Id-difiza f’isem Dr Joseph Muscat, Keith Scembri, Konrad Mizzi u Clarence Thompson, qalu li mhux qed jikkontestaw l-prima facie. Id-difiża f’isem Sciacca Grill, Gateway Solutions, MTrace, Taomac, Brian Bondin u Jonathon Vella qalet qed tikkontesta l-prima facie.

Il-Qorti qalet li ser tkun qed tisma’ s-sottomissjonijiet tad-difiża fis-seduta tal-25 ta’ Ġunju

12:30 p.m- Xehed ir-rappreżentant tar-Radiation Protection Board, Joseph Cremona li ta spjegazzjoni li l-bord twaqqaf biex issir sorveljanza dwar ir-radjazzjoni

12:00 p.m- Issa kien imiss lil Alexandeer Camilleri, rappreżentant tal-ERA sabiex jixhed. Qal li l-ERA kienet ilha mill-2016 involuta fil-proġett. Camilleti spjega li minkejja li l-ERA nnifisha kienet għamlet talba sabiex isir Enviromental Impact Assessment iżda skontu kollox sfaxxa fix-xejn għax ma seħħ xejn

11:45 a.m- L-Auvkat Azzoppardi għamel talba lill-Qorti sabiex ikun jista jsir aċċess fuq is-sit tal-Life Science Park, liema talba ġiet miċħuda minħabba li l-Qorti għadha qed tisma ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża.

Wara t-talba li saret mill-Avukat Azzopardi, xehed il-Professur Anthony Seracino Inglott, li jokkupa l-kariga ta’ Chief Officer fl-Awtorita’ tal-Medicini. Inglott spjega li l-istess awtorita’ qatt ma rċeviet ebda applikazzjoni

11:30 a.m- Hekk kif komplew jitressqu aktar xhieda, xehed rappreżentant tal-Awtorita’ tal-Ippjanar fejn ta spjegazzjoni li l-istess awtoritá kienet ħarġet il-pressi fuq is-sit tal-Life Science Park.

11:10 a.m- F’isem TS Containers Agency deher Gianluca Laguna, li spjega li l-kumpanija kienet irċeviet konsenja fl-2017 madwar l-14 ta’ Novembru għal Mtrace.

Warajh xehed Adrian Mallia, rappreżentant mill-ABI Associates Environmental Consultants Ltd, li ppreżenta dokumenti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija dwar l-impatt ambjentali relatati mal-faċilità tac-Cylotron.

11:00 a.m- Xehed ukoll Brian Fenech, li qal li x-xogħol tal-kumpanija kien li tinbena Cyclotron Facility ġewwa Life Science Park. Warajh xehed Mario Ciantar, rappreżentant mill-Whitebrothers Limited, li spjega li l-kumpanija tqabbdet mill-kumpanija MTrace biex taghmel xi Life Science Park

10:51 a.m- Wara Bianci, xehed Alfred Scerri, id-Direttur tal-kumpanija ta’ Terracore Limited, bix-xhud jispjega li x-xogħol kien jikkonsisti f’testijiet tal-konkos. Meta kien mistoqsi mill-avukat Arthur Azzopardi dwar il-Perit Karl Farrugia, Scerri qal li ħadem ħafna proġetti mal-perit imessmi iżda li ma jiftakarx kollox bl-amment.

10:40 a.m- Xehdet id-Direttriċi tal-kumpanija Firetech, Danjela Bianci, li spjegat li l-kumpanija li qed tirrapreżenta hi, ilha taħdem fil-Life Science Park sa mill-2014 bil-progett jitlesta f’2017.

10:15 a.m- Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor f’Awla 22, mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront ta’ diversi persuni, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi.

Intant, ilbieraħ xehdu l-eks Spettur Anthony Scerri, xehdet Rappreżentanta tal-Malta Business Registry, Dr Claudette Fenech. Xehed ukoll il-Perit Karl Farrugia u Joseph Zammit, li jokkupa l-kariga ta’ Chief Officer fi ħdan il-Malta Enterprise.

Fil-Qorti, xehed ukoll it-tabib Dr Josie Muscat.

Dan is-sit se jkun qiegħed isegwi din is-seduta.

Aktar dettalјi mal-ħin

Ekonomija

Sport