Friday, November 15, 2024

AĠĠORNAT: Iwieġeb mhux ħati … Id-difiża titlob li l-imputat jinżamm f’Monte Carmeli

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm wasal fil-Qorti s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Bernice Cassar.

Huwa ddaħħal akkumpanjat minn żewġ uffiċjali tal-Pulizija, wieħed fuq kull naħa f’awla numru 9 li hija mimlija bin-nies fosthom qraba tal-vittma.

Roderick Cassar ta’ 42 sena residenti l-Qrendi wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża f’ dan l-istadju ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat. Madanakollu d-Difiża talbet lill-qorti li l-imputat jinżamm fis-sezzjoni forensika tal-Isptar Monte Carmeli fejn Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx. Il-Qorti rrakomanda lid-Direttur tal-ħabs biex wara li jagħmel il-konfermi neċessarji min-naħa tiegħu jiddeċiedi huwa fejn huwa l-aktar post ideneu li għandu jinżamm l-imputat f’dan l-istadju.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Shawn Pawney, Wayne Camilleri u Paul Camilleri megħjuna mill-Avukati Angele Vella, Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jassistu lill-imputat Roderick Cassar. 

L-Avukati Stefano Filletti, Marita Pace Dimech Anne Marie Cutajar u Rodianne Sciberras dehru parte civile għall-familjari tal-vittma.

YouTube video

1:30 p.m: Għall-Qorti dalwaqt is-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Bernice Cassar

Is-Suspettat ewlieni tal-qtil ta’ Bernice Cassar se jkun qed jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Astrid May Grima għall-ħabta tas-2:30 p.m.

Is-suspettat ewlieni huwa żewġha stess, Roderick Cassar li allegatament spara tliet tiri lejn il-vittma u laqatha bi tnejn minnhom f’wiċċha u f’sidirha.

Il-każ seħħ it-Tlieta fiż-żona Industrijali ta’ Kordin f’Raħal Ġdid għall-ħabta tat-8:00 a.m.

Wara huwa mar lura fir-residenza tiegħu fil-Qrendi fejn il-Pulizija damet tinnegozja miegħu għal aktar minn 17-il siegħa sakemm finalment seħħ l-arrest tiegħu.

Ekonomija

Sport