Saturday, April 20, 2024

Blackball: Mosta St Mary’s A jibqgħu fil-quċċata

Aqra wkoll

Mosta St Mary’s A komplew iżommu l-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat reġjonali tal-Blackball meta għelbu lil Selmun Bar 11-7. B’din ir-rebħa, il-Mostin għamluhom erba’ rebħiet minn daqstant logħbiet.

Huma għandhom tliet punti vantaġġ fil-klassifika fuq l-eqreb rivali tagħhom Birkirkara Youngsters u Birkirkara Duke’s A li għelbu lil Ħamrun 147 C (11-8) u San Ġwann White Hart (11-3).

Fir-raba’ post tal-klassifika hemm San Ġwann Nick’s A li kellhom dwell diffiċli iżda ta’ suċċess kontra Juve Birkirkara A tant li rebħu 11-9.

F’logħba oħra akkanita, Birkirkara Boċċi għelbu lil Każin Pinto Qormi B 11-9.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI BLACKBALL

Mosta St Mary’s A 12, Birkirkara Youngsters, Birkirkara Duke’s A 9, San Ġwann Nick’s A 7, Każin Pinto Qormi B 6, Selmun Bar 4, San Ġwann White Hart, Ħamrun 147 C, Juve Birkirkara A, Birkirkara Boċċi 3.

Sport