Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Tennis – WTA Finals: Noskova tegħleb lil Gauff u tikkwalifika għas-semi-finali

Tennis – WTA Finals: Noskova tegħleb lil Gauff u tikkwalifika għas-semi-finali

0
34

Linda Noskova kisbet rebħa importanti ta’ 2-0 fuq Coco Gauff biex saret l-ewwel tennista li assigurat postha fis-semi-finali tal-WTA Finals, f’Indian Wells.

It-tennista Ċeka rebħet bl-iskor ta’ 6-3, 6-3 f’siegħa u 15-il minuta, wara wirja konvinċenti li biha kompliet turi l-forma tajba li tinsab fiha.

Noskova, li għandha 21 sena u tinsab fit-tmien post tar-rankings mondjali, uriet superjorità fuq Gauff, b’mod partikolari fuq is-servizz tat-tennista Amerikana. Hija rnexxielha tagħmel ħames breaks matul il-partita u għalqet il-konfront b’ace.

Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva tagħha fil-fażi tal-gruppi, wara li kienet għelbet lil Marta Kostyuk fil-logħba tal-ftuħ.

B’dan is-suċċess, Noskova assigurat postha fl-aħħar erbgħa fl-ewwel dehra tagħha f’dan it-tournament prestiġjuż.

Min-naħa l-oħra, Gauff trid tiġġieled għall-aħħar post disponibbli fis-semi-finali tal-grupp.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here