Għaxaq Golden Jubilee għamlu pass importanti lejn il-finali tal-kompetizzjoni Knock Out 3×3, it-Tazza magħrufa bħala Tal-Anġlu, wara li għelbu lil Msida JSD bl-iskor konvinċenti ta’ 21-6.
Il-konfront intlagħab ilbieraħ fil-pitch ta’ Ħal Għaxaq, quddiem pubbliku numeruż li segwa din l-ewwel leg tas-semifinali.
It-tim Għaxqi wera logħob tajjeb u rnexxielu jikseb vantaġġ sostanzjali qabel il-konfront ta’ ritorn.
Il-partita kienet ikkontrollata mir-referee Mario Enriquez Mancin.
It-tieni leg se tintlagħab nhar it-Tnejn 16 ta’ Novembru fil-pitch tal-Imsida, fejn iż-żewġ timijiet se jissieltu għal post fil-finali.
It-tim li joħroġ rebbieħ minn din is-semifinali se jaffronta lil Żejtun Sandro ta’ Ċanċu fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni skedata għal nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru.




