Friday, April 26, 2024

Rebħa minima għall-Isvizzera fuq il-Kamerun

Aqra wkoll

Svizzera ………… 1

Kamerun …………0

F’partita pjċevoli, l-Isvizzera għelbu lill-Kamerun bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Kienu l-Kamerun li ħolqu l-ewwl periklu fl-10 minuta meta Mbeumo kellu xutt minn qaghda angulata li ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Svizzeru, Sommer, biex mir-rebound, Ekani kellu xutt li għadda għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara, Granit Xhaka, prova jaħsad lill-goalkeeper tal-Kamerun u ta’ Inter, André Onana, li nqabad barra minn postu iżda t-tentattiv tieghu ntemm barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima l-Isvizzeri ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati hekk kif fetħu l-iskor meta l-veteran Xherdan Shaqiri serva fuq platt tal-fodda lil BREEL EMBOLO li permezz ta’ xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa.

Kulam jmur kompla d-dominju assolut tal-ISvizzeri u fis-66 minuta Ruben Vargas ħareġ l-aħjar ta’ Onana hekk kif dan tal-aħħar dawwar f’corner b’mod spettakolari xutt b’saħħtu tal-istess player tal-ISvizzera.

L-Isvizzeri baqgħu iżommu l-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita biex kisbu tliet punti prezzjużi.

Svizzera: Yann Sommer, Silvan Widmer, Manuel Akanji, Nico Elvedi, Ricardo Rodriguez (E. Cornert 72), Remo Freuler, Djibril Sow (Fabian Frei 72), Grantit Xhaka, Xherdan Shaqiri (Noah Okafor 72), Breel Embolo (Haris Seferovic 72), Ruben Vargas (Fabian Rieder 72) Coach: Murat Yakin

Kamerun: André Onana, Collins Fai, Jean-Charles Castelletto, Nicolas N’Koulou, Nouhou Tolo, Oum Gouet, André-Frank Zambo Anguissa, Martin Hongla (Gael Ondoua 68), Bryan Mbeumo (Moumi Ngamaleu 81), Eric Maxim Choupo-Moting (Vincent Aboubakar 74), Toko Ekambi (Georges-Kevin Nkoudou 74) Coach: Rigobert Song

Referee: Facundo Tello (Arġentina)

Ammoniti: C. Fai (K), N. Elvedi, M. Akanji (Ż)

Sport