Wednesday, April 24, 2024

12-il tifel u tifla jmutu bil-ħosba fl-Indja 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Indjani qalu li l-ħosba qatlet 12-il tifel u tifla fil-belt ta’ Mumbai u ż-żoni tal-madwar.

L-ewwel każi kienu rrappurtati lejn l-aħħar t’Ottubru li għadda meta tlitt itrabi mietu fi żmien 48 siegħa. 

Il-belt kellha 233 każ ikkonfermat sal-Erbgħa, li jfisser tliet darbiet aktar u żewġt imwiet iżjed minn dawk li ġew irrappurtati s-sena li għaddiet. 

L-aħħar mewt kienet irrappurtata t-Tlieta li għadda, dik ta’ tarbija ta’ tmien xhur li kienet parzjalment imlaqqma. 

Il-ħosba hija marda kontaġjuża ħafna, saħansitra aktar mill-Covid, u tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet serji, speċjalment fi tfal ta’ inqas minn ħames snin. 

Sport