Nirien ħakem f’garaxx ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tat-8:00 a.m., fi Triq Karmena Micallef, fir-Rabat Malta.
Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, kif ukoll numru ta’ pumpiera tal-protezzjoni ċivili biex jassistu fit-tifi tan-nirien.
Talk.mt jinsab infurmat li ġew evakwati numru ta’ persuni u annimali, u li kien hemm xi nies qed li ngħataw il-kura minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post.
Raġel sofra ħruq ħafif filwaqt li raġel ieħor li daħal biex jagħti l-għajnuna lil mara anzjana li kienet maqbuda fil-post bela’ xi duħħan. Aktar tard huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.
Kelliem għal dan is-sit ikkonferma li huma ttieħdu l-isptar minħabba testijiet ta’ rutina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.