Wednesday, July 24, 2024

AĠĠORNAT: Jeħilsuha ħafif wara li nqalbu b’dgħajsa qrib Kemuna

Aqra wkoll

5 żgħażagħ jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif madwar siegħa ilu nqalbu b’dgħajsa qrib Kemmuna.

Huma sofrew biss ġrieħi ħfief u filfatt tħallew imorru jgawdu l-bqija tal-vaganza tagħhom.

Il-persuni nvoluti huma Bulgari u għandhom madwar 20 sena.

2:30 p.m- Tinqaleb dgħajsa b’ħames persuni qrib Crystal Lagoon

Kien għall-ħabta tas-2.00pm meta nqalbet dgħajsa qrib Crystal Lagoon f’Kemmuna. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li fuqha kien hemm mill-inqas ħames persuna.

Dawn ġew salvati mill-forzi Armati ta’ Malta u bħalissa qegħdin jiddaħħlu fil-port tal-Imġarr fejn hemm tim mediku mill-Isptar General t’Ghawdex jistenna biex jagħtihom l-ewwel għajnuna.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

1 kumment

  1. X raguni hija li Malti jrid jkollu licenzja biex isuq speedboat u BARRANI le F Bugibba qrib il pjazza jirriklama li speedboats jistaw jissuqu minghajr licenzja ghall barrani.

Comments are closed.

Sport