Aġġornat:
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena li allegatament qatel erba’ fjammingi fil-Qawra nżamm arrestat mill-Pulizija.
Il-Pulizija, permezz ta’ stqarrija li r-raġel se jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Elaine Mercieca LL.D. għall-ħabta tas-siegħa
Aktar qabel:
Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Gżira ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegtament spara fuq erba’ fjammingi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 a.m meta l-Pulizija rċeviet rapport li fl-inħawi ta’ Fra Ben fil-Qawra kienu ġew sparati xi tiri fuq tajr protett.
Mal-wasla tagħhom, il-Pulizija tal-Environmental Protection Unit, dawk tar-Rapid Intervention Unit u dawk tad-Distrett, innotaw vettura li allegatament kienet taż-żagħżugħ li spara it-tiri. Minn tfittxija li saret fil-post, instabu arma tan-nar, munizzjoni u erba’ fjammingi mejtin.
Kien grazzi għal ħidma ta’ uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta li ttellgħu tlieta mill- erba’ fjammingi maqtulin mill-baħar, filwaqt li r-raba’ wieħed instab fuq il-blat.
Is-suspettat ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana u għadu qiegħed jinżamm għal aktar stħarriġ.