Hekk kif bdew il-votazzjonijiet dwar abbozzi ta’ liġijiet dwar is-saltna tad-dritt, l-Oppożizzjoni ivvutat favur ir-riformi tal-Gvern. Ir-riżultat tal-votazzjoni kien ta’ 63 vot favur u xejn kontra.
L-Oppożizzjoni għal diversi jiem kienet qed thedded li tivvota kontra iżda wara ntlahaq ftehim mal-gvern.
L-emendi se jwasslu fost oħrajn għal mod ġdid ta’ kif jinħatar il-President tar-Repubblika; għall-mod kif jinħatru u jitneħħew il-membri tal-Ġudikatura; għat-tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, fejn dan l-irwol issa se jitnaqqax fil-Kostituzzjoni; u għal provediment ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali.