Friday, April 19, 2024

Attività fuq il-baħar b’risq l-MCCF

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020 is-Socjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa ser torganizza attività speċjali b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Bħala parti mit-tradizzjoni tal-festa titulari ta’ San Pietru kull sena issir dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Pietru fuq il-baħar pero s’issa din dejjem saret mill-bajja ta’ San  Gorg Birżebbuġa għall-Bajja s- Sabiħa u kien hemm okkażjonijiet fejn saret minn Marsaxlokk sal-Bajja s-Sabiħa però din is-sena se ssir xi ħaġa differenti. 

Dan għax f’17.00 l-istatwa ta San Pietru, xogħol l-artist Alfred Camilleri Cauchi li nħadmet fl-1991 tibda’ t-triq tagħha fuq vann lejn il-Belt Valletta fejn iddur it-toroq tal-Belt kapitali u titniżżel fejn il-Pixkerija l-antika fejn tittella’ fuq lanċa kbira u għal ħabta ta’ 18.15 tibda t-triq tagħha lejn il-port ta’ Marsaxlokk, akkumpanjata minn ħafna dgħajjes u opri oħra tal-baħar.

Għall-ħabta ta’  20.00  id-dgħajjes jaslu fil-bokka tal-Port ta’ Marsaxlokk fejn imbagħad iduru l-port kollu u jaslu fejn il-waterpolo Pitch ta’ Birżebbuġa fejn l-istatwa titniżżel u tiġi milqugħa mill-Banda Birżebbuġa bl-innijiet tal-Patrun.

Hemmehkk ser ikun hemm persuni awtorizzati mill-MCCF li ser ikunu qed jiġbru donazzjonijiet li ser imnorru kollha għall-MCCF liema donazzjonijiet ser jiġu preżentati lill-President ta’ Malta Dr. George Vella f’ laqgħa ta’ kortesija l-Ħamis 6 ta’ Awwissu mill-kumitat tal-istess socjetà.

Inħeġġu lil dawk kollha li għandhom opri tal-baħar biex jiġu l Port il-Kbir għall-ħabta tal-17.30 ħalli flimkien nitilqu lejn il-Port ta’ Marsaxlokk,

Dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna fil-Port ta’ Marsaxlokk huma mitluba jkunu viċin il-bokka tal-port ta’ Marsaxlokk  għall-ħabta ta’ 19.45.

Wara jkompli marċ mill-Banda Birżebbuġa bl-istatwa ta’ San Pietru.

Ser ikun hemm ukoll transport minn Birżebbuġa  għal dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna sal-Belt u imbagħad jitilgħu fuq lanċa kbira sa Birżebbuġa. Għal aktar dettalji nitolbukom tidĦlu fil-paġna ta’ Facebook tas-Soċjetà Banda Birżebbuġa.

Sport