Tuesday, April 30, 2024

AĠĠORNAT: Rebħa kbira Laburista

Aqra wkoll

3:30 p.m: Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar ukoll il-post u filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-midja għax-xogħol siewi tagħhom, stieden lil kull min jixtieq jingħaqad miegħu biex isaħħu l-partit Nazzjonalista. Huwa kkonferma li jemmen li għad baqagħlu x’joffri lill-Partit Nazzjonalista u qal li jemmen li dejjem hemm post għall-element żgħażugħ biex kull partit jissaħħaħ.

1:30 p.m: Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela żar iċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fejn irringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fil-votazzjoni tal-bieraħ u qal li se jkun qiegħed jaħdem biex jara x’setgħet kienet ir-raġuni għalfejn kien hemm għadd ta’ oħrajn li ma pparteċipawx.

11:45 p.m: Rebħa kbira Laburista

Jidher li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza kbira f’din l-elezzjoni ġenerali hekk kif bdiet tidwi l-għajta fis-sala tal-għadd tal-voti ta’ ‘Viva l-Labour, Viva l-Labour’, fost tisbit mal-perspex mil-aġenti tal-Partit.

Aktar qabel: Indikazzjoni ta’ vot ta’ protesta fil-PN

10:25a.m.: Kif rrapurtat aktar qabel minn dan is-sit jidher li jinħass vot ta’ protesta fil-Partit Nazzjonalista.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li Adrian Delia baqa’ jgawdi fiduċja ta’ parti sostanzjali tal-elettorat Nazzjonalista.

Dan jidher mill-ewwel parti tal-proċess tal-għadd tal-voti minn Naxxar. Fost poloz ta’ protesta li spikkaw fuq it-tmien distrett kienu jindikaw ‘no Delia no vote’.

Minn ħin għall-ieħor l-ewwel indikazzjoni ta’ fejn mar ir-riżultat

10:00: L-andament miexi b’ritmu tajjeb ħafna u minn ħin għall-ieħor joħroġ l-ewwel indikazzjoni ta’ fejn mar ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni.

Aktar qabel: Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti fin-Naxxar

9:25a.m.:Għall-ħabta tad-9.25a.m. beda l-proċess biex il-voti jinqalbu wiċċhom ‘il fuq u l-aġenti li nġabru wara l-perspex bdew jieħdu l-ewwel kampjuni tal-voti skont il-partiti rispettivi.

L-aġenti qegħdin josservaw l-ewwel parti tal-proċess.

Komplu segwuna għal aktar aġġornamenti.

Sport