Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ ħafif wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li lbieraħ għall-ħabta tat-2:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr fir-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 25 sena minn Nepal u residenti l-Fontana Għawdex kien ħabat bil-mutur ma’ karozza tal-għamla Isuzu Gemini misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti s-Sannat Għawdex.

Filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi, dak tal-mutur kien assistit minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport