Thursday, April 18, 2024

Coppa Italia: Inter jgħaddu għall-kwartifinali

Aqra wkoll

Il-holders Inter ikkwalifikaw għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lit-team mis-Serie B, Parma, bl-iskor ta’ 2-1 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani. 

Il-goalkeeper ta’ Parma, il-leġġendarju Gigi Buffon ta’ 45 sena li kien qed jagħmel il-50 dehra tiegħu f’San Siro, kien il-protagonista f’din il-partita fejn żamm lit-team tiegħu fil-logħba b’għadd ta’ saves determinanti. 

Anzi, Parma kienu resqin lejn sorpriża meta sa żewġ minuti minn tmiem il-ħin normali kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 1-0 skorjat minn Stanko Juric (38) b’xutt  minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lil Andre Onana.

Wara li Adrian Benedyczak resaq viċin li jirkoppja, Inter kisbu d-draw fit-88 minuta b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Lautaro Martinez. 

U fil-ħin miżjud, Buffon salva goal ċert fuq tentattiv ta’ Edin Dzeko. 

Madakollu fil-ħin barrani Inter skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta fil-110 minuta, minn daqqa ta’ ras ta’ Francesco Acerbi.

Issa n-Nerazzurri jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Atalanta u Spezia. 

Ekonomija

Sport