Monday, April 22, 2024

League Cup: Man Utd u Newcastle fis-semifinali

Aqra wkoll

Manchester United u Newcastle United ikkwalifikaw għas-semifinali tal-League Cup meta għelbu lil Charlton Athletic (3-0) u lil Leicester City (2-0) rispettivament. 

F’Old Trafford, Manchester United laqgħu lit-team ta’ League One, Charlton Athletic u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0, bl-aħħar żewġ goals jaslu proprju fil-ħin miżjud minn Marcus Rashford. 

Kien l-attakkant Brażiljan, Antony (21) li fetaħ l-iskor bi ġmiel ta’ goal u minkejja li r-Reds Devils keinu fil-kontroll tal-logħba naqqsu li jikkonkludu ċ-ċansijiet li ħolqu. 

Huma kellhom jistennew sal-ħin miżjud meta s-sostitut Marcus Rashford aċċerta mir-rebħa fil-91 u fl-94 minuta. 

Newcastle, li qed jimmiraw li jirbħu l-ewwel unur fi żmien 50 sena, ukoll qatgħu l-passaġġ tagħhom mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni meta għelbu lil Leicester City bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu fit-tieni taqsima. 

Fil-veritá, il-Magpies setgħu għalqu l-partita iżda fallew sensiela ta’ ċansijiet sakemm, fis-60 minuta, huma fetħu l-iskor minn Dan Burn li skorja l-ewwel goal tiegħu għal dan il-club. 

Fit-72 minuta, kien Joelinton li rdoppja meta kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Miguel Almiron.

Sport