Wednesday, April 24, 2024

Kważi 340,000 passiġġier jaqsmu l-fliegu fi żmien il-Milied

Aqra wkoll

Minn ċifri tal-Gozo Channel jirriżulta li bejn il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022 u l-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023, qasmu l-fliegu kważi 340,000 passiġġier.

Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri hekk kif kompla biex iqabbel din iċ-ċifra mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet b’żieda ta’ inkoraġġanti ta’ 44 fil-mija ta’ nies li qasmu lejn Għawdex din is-sena.

Camilleri qal li l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-programm ‘il-Milied f’Għawdex’ qed tagħti l-frott hekk kif aktar nies qed jagħżlu li jaqsmu l-fliegu matul dawn il-jiem ta’ festi.

Huwa temm jirringrazzja lil kull min ħadem biex setgħu jinkisbu dawn ir-riżultati b’mod speċjali lill-ħaddiema tal-Gozo Channel.

Sport