Raġel ta’ 34 sena residenti Bormla, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-9:45 a.m., fi Triq Ħal Far, il-Gudja.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn trakk Leyland Cruiser misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Yamaha GDP125-A misjuq mill-vittma.
Huwa minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

