Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fi Triq is-Salina

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-5:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Liteace misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara u mutur Wayel LX02 misjuq minn raġel ta’ 67 sena u jgħix San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport