Friday, September 11, 2026
Home Sport Todd Boehly jaċċetta li jitlaq minn Chelsea hekk kif il-konsorzju tat-teħid tal-club...

Todd Boehly jaċċetta li jitlaq minn Chelsea hekk kif il-konsorzju tat-teħid tal-club għal £2.5 biljun inqasam

0
83

Todd Boehly jidher li jinsab qrib li jtemm l-involviment tiegħu ma’ Chelsea wara li allegatament aċċetta li jbiegħ is-sehem tiegħu lil Clearlake Capital. 

Boehly, flimkien ma’ Mark Walter u Hansjorg Wyss, għandhom 38.5% tal-club, filwaqt li Clearlake għandhom 61.5%. Jekk il-ftehim jiġi finalizzat, Clearlake se jżidu is-sehem tagħhom għal 99.9%, u b’hekk Behdad Eghbali u Jose E. Feliciano jiksbu kważi kontroll sħiħ tal-club.

Il-konsorzju mmexxi minn Boehly xtara lil Chelsea għal £2.5 biljun fl-2022, wara t-tluq ta’ Roman Abramovich, u wiegħed ukoll investiment addizzjonali ta’ £1.75 biljuni.  

Inizjalment Boehly kellu rwol importanti fit-tmexxija tal-club, iżda aktar tard naqqas l-involviment tiegħu fl-operat ta’ kuljum hekk kif Eghbali sar aktar influwenti.

It-tensjonijiet bejn Boehly u Eghbali bdew jidhru fl-2024. Ir-res­trizzjonijiet fuq il-bejgħ tal-ishma kienu jfissru li kwalunkwe bidla kellha ssir fi ħdan il-konsorzju. 

Ix-xewqa ta’ Walter li jitlaq allegatament għenet biex jissolva l-impass. 

Minkejja dan, Boehly għadu jattendi l-logħbiet ta’ Chelsea u jibqa’ involut ħafna fl-isport, fosthom permezz ta’ Los Angeles Dodgers u Los Angeles Sparks.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here