Thursday, June 18, 2026

AĠĠORNAT: Żewġ xufiera fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Mosta

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., il-Pulizija intalbet tassisti f’inċident tattraffiku fi Triq Il-Missjunarji Maltin, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn vann Isuzu misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun u xarabank King Long misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Luqa.

Minnufih kienu msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li bdew jagħtu l-għajnuna lill-persuni kolla li kienu preżenti. Permezz ta’ żewġ ambulanzi x-xufiera ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard kienu ċċertifikati bi ġrieħi serji.

Ħames persuni li kienu passiġġiera fix-xarabank ittieħdu wkoll l-Isptar għal aktar kura minħabba ġrieħi minuri li ġarrbu fl-inċident. Peugeot 2008, Mercedes E220D u Maruti 800 li kienu qed jinstaqu fl-istess triq ġarrbu xi ħsarat iżda fortunatament x-xufiera tagħhom ma sofrewx ġrieħi.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea kienet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport