Il-Pulizija arrestat lir-raġel li l-Ġimgħa allegatament spara u laqat raġel ieħor fl-inħawi ta’ Wied Ħażrum fil-limiti ta’ Ħad-Dingli.
Fi stqarrija maħruġa l-Pulizija kkonfermat li raġel ta’ 73 sena kien arrestat ilbieraħ wara li l-Pulizija kompliet bit-tfittxijiet għall-aggressur.
Il-vittma, raġel ta’ 49 sena mir-Rabat, jinsab f’qagħda stabbli u nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Ir-raġel ta’ 73 sena mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tat-3:00 p.m quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.