Sunday, May 5, 2024

Bint alleat ta’ Putin maqtula b’karozza bomba qrib Moska 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bint alleat qrib tal-President Russu Vladimir Putin inqatlet qrib Moska.

Skont il-midja tal-istat, Darya Dugina mietet wara li l-karozza tagħha splodiet waqt li kienet qed issuq lejn id-dar.

Huwa maħsub li missierha, il-filosfu Russu Alexander Dugin magħruf bħala “l-moħħ ta’ Putin”, seta’ kien fil-mira ta’ dan l-attakk. 

Skont il-midja Russa, il-missier u l-bint kellhom jivvjaġġaw lura minn avveniment is-Sibt filgħaxija fl-istess karozza qabel ma s-Sur Dugin ħa d-deċiżjoni li jivvjaġġa għalih waħdu fl-aħħar minuta. 

Aġenziji tal-infurzar tal-liġi kkonfermaw mal-aġenzija tal-aħbarijiet Tass li sewwieqa mara mietet wara li SUV splodiet fir-raħal ta’ Bolshiye Vyazemy iżda ma kinux ipprovduti aktar dettalji. 

Sport