Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNATA: Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-9:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 56 sena residenti Ħal Luqa ntlaqtet minn vettura BMW 320D misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport