Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNATA: Identifikata l-mara li tilfet ħajjitha wara li ttajret fix-Xemxija

Aqra wkoll

9:00a.m.: Il-mara li tilfet ħajjitha lbieraħ ġiet identifikata bħala Tuneżina ta’ 30 sena.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li hija ntlaqtet minn Mercedes Benz C350 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa. Il-Mercedes imbagħad ħabtet f’erba’ vetturi li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu iżda sfortunatament il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Raġel Tuneżin li kien mal-vittma kif ukoll ix-xufier tal-Mercedes ittieħdu permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

9:30 p.m: Dan is-sit jista’ jikkonferma li sfortunatament f’dan l-inċident tilfet ħajjitha mara li l-identità tagħħa għadha mhijiex magħrufa wara li ttajret minn vettura.

Fil-post ssejħet ambulanza u tim mediku li assista lis-sewwieq tal-vettura involuta fl-inċident sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura neċċesarja.

Kawża ta’ dan l-istess inċident hemm xi vetturi oħra li sofrew ħsarat waqt li kienu pparkjati.

8:45 p.m: Dan is-sit jinsab infurmat li triq it-Telgħa tax-Xemxija hija magħluqa għat-traffiku wara li għall-ħabta tat-8:00 p.m seħħ inċident tat-traffiku.

F’dan l-istadju mhuwiex magħruf in-numru ta’ persuni involuti f’dan l-inċident, għalkemm skont l-ewwel rapporti jidher li hemm minn tal-inqas persuna li sofriet ġrieħi serji f’dan l-inċident.

Is-sewwieqa huma mħeġġa jevitaw iż-żona.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport