Friday, December 20, 2024

AĠĠORNATA: Nicholas Camilleri nstab mejjet f’Għajn Tuffieħa

Aqra wkoll

It-tfittxija min-naħa tal-Pulizija għal Nicholas Camilleri ntemmet fl-aħħar sigħat. Sfortunatament ir-raġel instab mejjet f’kamra, fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarru, ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex tkun tista’ tistabbilixxi l-kawża tal-mewt tiegħu. Iżda sa issa rriżulta li l-mewta tar-raġel ma tidhirx waħda suspettuża.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ, fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Nicholas Camilleri huwa r-raġel ta’ 55 sena, residenti Birkirkara li ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija fl-aħħar jiem 

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija fis-17 ta’ Ġunju ntqal li r-raġel x’aktarx li deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa, fil-limiti tal-Imġarr. 

L-għada l-Pulizija kompliet bl-appell tagħha fejn filwaqt li kkonfermat li t-tfittxija għadha għaddejja, xerrdet ritratt aktar riċenti tiegħu bit-tama li dan ikun jista’ jingħaraf aħjar mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport