Is-sewwieqa huma ġentilment mitlubin jevitaw Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa minħabba inċident li seħħ fl-imsemmija triq.
Inewsmalta tinsab infurmata li sewwieq; ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u konsegwentament baqa’ dieħel f’arblu.
Fil-vettura tal-għamla Suzuki Swift kien hemm ukoll riekba mara ta’ 23 sena residenti Ħal Qormi.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku li assistew liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ħfief