Saturday, May 4, 2024

“Aħbar tajba fl-Għid”; Ifiqu 28 pazjent ieħor mill-Covid-19

Aqra wkoll

Tmienja u għoxrin pazjent ieħor li kienu infettati bil-Covid-19 irkupraw. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ tweet.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li fiequ mill-coronavirus f’pajjiżna issa tela’ għal 44.

“Ftit aħbarijiet tajbin f’Jum il-Għid,” tenna Fearne, hekk kif fl-aħħar jiem l-aħbarijiet kinu ddominati mill-imwiet ta’ tliet anzjani kaġun tal-Covid-19. It-tliet anzjani kienu jbatu minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn.

Intant ilbieraħ kienu reġistrati 20 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan wassal biex il-każi f’Malta telgħu għal 370.

Sport