Wednesday, December 25, 2024

AĦBARIJIET IDDOMINATI MILL-AFGANISTAN

Aqra wkoll

Bħalissa l-aħbarijiet ta’ barra huma ddominati mill-Afghanistan.  Kif l-Amerikani ħabbru li ser jirtiraw mill-Afghanistan, l-istruttura tal-gvern li kienu bnew l-Amerikani u n-NATO ġġarrfet f’daqqa waħda.  Illum hemm eluf kbar ta’ nies li qed jippruvaw jaħarbu mill-Afghanistan – il-maġġoranza kbira tagħhom kienu dawk li kienu jaħdmu mal-Amerikani u l-pajjiżi tan-NATO l-oħra li kienu involuti.   Ir-raġuni ta’ dawn in-nies hi sempliċi.  Peress li dawn kienu qed jgħinu lis-suldati ta’ dawn il-pajjiżi barranin biex joqtlu lit-Talibani, illum dawn spiċċaw bħala tradituri u għalhekk jafu li l-futur tagħhom taħt gvern li kienu ħadmu kontrih la ser ikun faċli u lanqas sabiħ.

Għalija l-akbar problema li hemm bħalissa hi li kulħadd  qed jiffoka fuq il-problemi li ser jiffaċċjaw ħafna pajjiżi peress li dawn mhux biss ħadmu kontra dawk li llum qed imexxu l-Afghanistan iżda ġġilduhom.

Il-ħasra hi li din is-sitwazzjoni probabbilment ser tiżvolġi bħal ma żvolġiet Brexit.  Minflok naraw x’kienu dawk l-affarijiet li stajna nagħmlu biex dak li ġara ma kienx jiġri u għalhekk nitgħallmu kif nimxu fil-futur biex ma nsibux ruħna f’pożizzjoni simili bħal ma qed niffaċċjaw illum, qed niffukaw aktar fuq dawk li ħarġu rebbieħa billi npinġuhom aktar koroh milli huma.  

Il-biċċa hi li aktar ma jkun hemm differenzi kbar aktar hemm bżonn li nitkellmu ma’ xulxin u mhux nippuntaw l-armi lejn xulxin.  

Niskanta kif il-bniedem jinsa li qed jgħix fuq satellita – vera satellita li hi kbira ħafna ħdejn id-daqs tiegħu, iżda li hi tikka ħdejn is-satelliti li hemm fl-univers.  

Paċi

Illum sfortunatament qed ngħixu fi żmien fejn insejna l-kelma paċi.  Ngħiduha ċar, il-kelma PAĊI qatt ma kienet popolari fil-Punent.  Anzi dejjem kienet tiġi marbut mal-komuniżmu.  Ir-raġuni hi li l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Punent minflok ħadmu għal paċi, dejjem ħadmu għal poter biss permezz tal-kononji li ħadu.  Hi ħasra li nsejna l-vantaġġi kollha tal-paċi.  Hi ħasra li nsejna l-kliem tal-kanzunetta Imagine ta’ John Lennon:

YouTube video
Ekonomija

Sport